Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0178/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0178/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tfassil ta' substrateġiji makroreġjonali fil-Mediterran

6.3.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Nicola Caputo

B8-0178/2017

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tfassil ta' substrateġiji makroreġjonali fil-Mediterran

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: prassi attwali u prospettivi futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-istrateġiji makroreġjonali qed jiżvolġu rwol dejjem aktar importanti fil-politiki ta' koeżjoni tal-UE;

B.  billi l-Mediterran huwa assjem koerenti, li jifforma baċir uniku kulturali u ambjentali li fih jiġu kondiviżi diversi karatteristiċi u prijoritajiet komuni: l-istess produzzjonijiet agrikoli, l-istess abbundanza ta' enerġiji rinnovabbli, l-importanza identika tat-turiżmu, l-istess riskju ta' diżastri naturali;

C.  billi strateġija makroreġjonali għall-Mediterrran tippermetti ottimizzazzjoni tal-fondi Ewropej li jintefqu fiż-żona u r-riżoluzzjoni tal-problemi komuni għall-Istati Membri kollha li jagħmlu parti mill-istess baċir;

D.  billi tfasslet strateġija ġdida għall-makroreġjun Adrijatiku-Joniku (Mediterran ċentrali), u billi jeħtieġ li jibqgħu jiġu żviluppati substrateġiji makroreġjonali, minħabba l-vastità taż-żona inkwistjoni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tfassal żewġ strateġiji makroreġjonali: waħda għall-Mediterran tal-Punent u waħda għal dak tal-Lvant, li jkunu kapaċi jinteraġixxu bejniethom u ma' dik tal-Mediterran ċentrali.