MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar tfal bis-sindrome ta' Disturbi Newropsikjatriċi Awtoimmuni Pedjatriċi Assoċjati ma' Infezzjonijiet bl-iStreptokokku (PANDAS)
1.3.2017
Piernicola Pedicini
B8-0181/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar tfal bis-sindrome ta' Disturbi Newropsikjatriċi Awtoimmuni Pedjatriċi Assoċjati ma' Infezzjonijiet bl-iStreptokokku (PANDAS)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sindrome ta' PANDAS huwa sindrome ta' oriġini virali li għadu mhuwiex rikonoxxut bħala marda rari; billi jaffettwa lil tifel jew tifla minn kull 2 000 tifel u tifla b'etajiet bejn it-3 snin u l-pubertà, u s-sintomi tiegħu jinkludu ossessjonijiet, koazzjonijiet u/jew tikkijiet severi kif ukoll imġiba psikotika fi 8 % tal-każi;
B. billi s-sindrome ta' PANDAS huwa simili għad-deni tar-rewmatiżmu u għas-sindrome ta' Tourette, kemm fir-rigward tas-sintomi kif ukoll fir-rigward tat-trattament;
C. billi d-dijanjosi hija mxekkla minn nuqqas ta' għarfien dwar is-sindrome ta' PANDAS fost il-komunità medika, u dan jista' jwassal għal dijanjosi inkorretta u/jew dijanjosi li ssir tard wisq;
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu lis-sindrome ta' PANDAS l-istatus ta' "marda rari rikonoxxuta";
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jvaraw kampanja ta' sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew dwar is-sindrome ta' PANDAS;
3. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-riċerka dwar it-trattament ta' dan it-tip ta' mard billi jżidu l-fondi għar-riċerkaturi li jinvestigaw dan it-tip ta' patoloġiji kuljum.