MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħarsien tas-settur tar-ross Taljan
8.3.2017
Angelo Ciocca
B8-0182/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tas-settur tar-ross Taljan
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Italja tiżvolġi rwol ċentrali fil-produzzjoni tar-ross fl-Ewropa, b'234 000 ettaru ta' art għall-kultivazzjoni tar-ross, kif ukoll 4 265 azjenda, aktar minn 5 000 persuna impjegati u madwar 100 kumpanija fil-qasam;
B. billi l-operaturi fis-settur, minflok mhuma qed jitħarsu u jiġu ppremjati għall-kompetenza u l-kapaċità li b'riżultat tagħhom dan il-prodott Taljan sar magħruf mad-dinja kollha, fil-ġurnata tal-lum qed jiġu ppenalizzati, fost affarijiet oħra, mill-importazzjoni massiva ta' ross mill-pajjiżi l-anqas żviluppati mingħajr il-ħlas ta' dazji;
C. billi r-ross importat ma jipprovdix l-istess garanziji ta' sikurezza alimentari li jagħti r-ross Taljan, u billi, minħabba n-nuqqas ta' dazji doganali fir-rigward tal-pajjiżi terzi, l-operaturi Taljani qed jispiċċaw fi stat imwiegħer minħabba l-kompetizzjoni żleali mis-swieq Asjatiċi;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-forom ta' ħarsien u l-miżuri ta' salvagwardja fis-settur tar-ross Taljan, billi tipprevedi dazji konformi u tillimita kemm jista' jkun l-importazzjoni ta' dan il-prodott.