MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
2.5.2017
PE603.737v01-00
 
B8-0289/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-finanzjament lill-NGOs


Lorenzo Fontana

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-finanzjament lill-NGOs  
B8-0289/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-inkjesta tal-istitut ta' riċerka Gefira ssottolinjat kif 15-il bastiment, li huma proprjetà ta' diversi NGOs li joperaw fil-Mediterran, wasslu fl-Italja madwar 40 000 migrant fix-xhur ta' Ottubru u Novembru 2016;

B.  billi diversi drabi d-Direttur ta' Frontex, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, iddikjara li l-attivitajiet tal-NGOs fil-Mediterran qegħdin jiżdiedu kontinwament u li mhuwiex probabbli li dawn jikkollaboraw mal-awtoritajiet tas-sigurtà;

C.  billi fid-dawl tal-inkjesti reċenti tal-maġistratura Taljana dwar is-salvataġġ fil-baħar tal-migranti mill-NGOs u dwar il-komunikazzjonijiet possibbli bejn it-traffikanti tal-bnedmin u dawk responsabbli tal-NGOs;

1.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tliet Protokolli ta' Palermo tan-NU, li jinkludu wkoll l-impenn tal-firmatarji biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, ġew adottati anki mill-Unjoni Ewropea fl-2000;

2.  Jenfasizza l-mod kif dawn l-attivitajiet tal-NGOs huma ffinanzjati parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea, iżda ħafna drabi mhumiex magħrufa r-riżultati ta' dawn l-attivitajiet;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rispett tal-prerogattivi attribwiti mit-Trattati, tagħti kas tal-fatti msemmija hawn fuq u tibda minnufih diskussjoni li tkun tista' titfa' dawl fuq il-kwistjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza