MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
9.5.2017
PE603.739v01-00
 
B8-0291/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-fenek Ewropew


Nuno Melo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-fenek Ewropew  
B8‑0291/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-fenek Ewropew (jew tas-salvaġġ) (Oryctolagus cunniculus) huwa speċi indiġena importanti fl-ekosistemi Mediterranji;

 

B.  billi l-għadd tal-fenek Ewropej ilu jonqos b'mod drastiku mill-bidu tas-seklu 20;

 

C.  billi l-kawżi prinċipali tat-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-fenek huma l-mard emorraġiku virali, il-missomatosi, u t-telf ta' ħabitat;

 

D.  billi l-fenek huwa l-ikel bażiku għal diversi speċijiet mhedda, bħal pereżempju l-linċi tal-Iberja (Lynx pardinus), l-ajkla imperjali ta' Spanja (Aquila adalberti), l-ajkla rjali (Aquila chrysaetus) u l-ajkla ta' Bonelli (Aquila fasciata), u huwa wieħed mill-ispeċijiet l-aktar importanti ta' annimali selvaġġi żgħar ikkaċċjati;

 

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan Ewropew bil-ħsieb li tiġi ffinanzjata riċerka dwar modi kif effettivament jista' jiġi kkontrollat il-mard li jaffettwa l-popolazzjonijiet tal-fenek Ewropew fi ħdan l-UE.

Avviż legali - Politika tal-privatezza