MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 409kWORD 66k
6.6.2017
PE605.500v01-00
 
B8-0395/2017

imressqa skont l-Artikolu 105(3), tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2017/2571(DEA))


Czesław Adam Siekierski

f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2017/2571(DEA))  
B8-0395/2017

 

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni C(2017)0735,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(2) u (3), l-Artikolu 44(5)(b), l-Artikolu 46(9)(a) u (c), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9)(a) u l-Artikolu 67(1) u (2)(a) u l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, permezz tat-tressiq ta' dan ir-Regolament Delegat, il-Kummissjoni qed iddgħajjef severament il-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur, kemm fuq il-livell ta' proċedura kif ukoll fuq il-livell ta' kontenut;

B.  billi l-ġbir f'daqqa u l-preżentazzjoni ta' 14-il awtonomizzazzjoni bħala regolament delegat tal-Kummissjoni wieħed uniku jxekklu l-eżerċizzju tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament, peress li dan jispiċċa jkollu sempliċiment jaċċetta jew jirrifjuta l-pakkett kollu mingħajr ma jkollu l-possibilità li jesprimi opinjoni dwar kull awtonomizzazzjoni individwalment;

C.  billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni jmur ferm lil hinn minn purament miżura ta' simplifikazzjoni u ser ikollu impatt fundamentali fuq l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK);

D.  billi l-projbizzjoni tal-protezzjoni fitosanitarja tal-għelejjel leguminużi fiż-Żoni ta' Konċentrazzjoni Ekoloġika toħloq theddida għall-produzzjoni domestika sostenibbli tal-proteini li hija konformi mal-istrateġija tal-UE dwar il-proteini, fi żmien meta l-Ewropa diġà tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet tal-proteini;

E.  billi l-benefiċċji ekoloġiċi tal-pjanti leguminużi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-ħamrija u l-iffissar tan-nitroġenu huma indiskutibbli u ferm ogħla, ngħidu aħna, minn dawk tal-għelejjel li taħthom jinżera' l-ħaxix;

1.  Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

Avviż legali - Politika tal-privatezza