Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0457/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0457/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-saħħa u t-tniġġis akustiku

31.5.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0457/2017

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa u t-tniġġis akustiku

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, kif turi d-data tar-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, fl-Ewropa hemm 125 miljun persuna esposti għat-tniġġis akustiku;

B.  billi fost iż-żoni l-aktar storbjużi nsibu pajjiżi bħall-Belġju, il-Lussemburgu u n-Netherlands, jiġifieri dawk l-Istati b'densità tal-popolazzjoni ogħla, filwaqt li min-naħa l-oħra, iż-żoni l-iktar "silenzjużi" jinsabu fl-Ewropa ta' Fuq, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja;

C.  billi r-rapport tal-Aġenzija Ewropea jikkonferma l-gravità tas-sitwazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal, li t-tagħlim tagħhom, speċjalment fl-ewwel snin tal-ħajja, jista' jiġi pperikolat proprju mill-istorbju;

D.  billi l-istorbju jaffettwa l-widna tal-bniedem, u jikkawża, skont in-natura, id-durata u l-intensità tal-ħoss, livelli differenti ta' ħsara, u għaldaqstant jista' jirriżulta f'sintomi li jvarjaw minn telf tas-smigħ temporanju sa truxija permanenti; billi dan id-dannu ta' truxija permanenti, normalment, iseħħ b'segwitu għal espożizzjoni għal livelli għoljin ħafna ta' storbju, għal perjodi twal;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa kampanja ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini individwali, fid-dawl tal-fatt li minkejja ċ-ċokon tagħhna xorta waħda nistgħu nikkontribwixxu b'mod immedjat sabiex intejbu l-ambjent ta' madwarna.