MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-turiżmu sostenibbli tas-sena"
16.10.2017
Aldo Patriciello
B8‑0583/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-turiżmu sostenibbli tas-sena"
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-turiżmu sostenibbli jindika mod ta' vvjaġġar konxju mill-impatt ekonomiku, soċjali, ambjentali preżenti u futur, li jikkunsidra l-bżonnijiet tal-viżitaturi, tal-industrija, tal-ambjent u tal-komunitajiet ospitanti ("Making Tourism More Sustainable - A Guide for Policy Makers", UNEP u UNWTO, 2005, p. 11-12);
B. billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU pproklament is-sena 2017 is-"Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli", filwaqt li rrikonoxxiet li din tal-aħħar ixxerred il-konsapevolezza tal-wirt kbir tal-varji ċivilizzazzjonijiet, tinvolvi apprezzament akbar tal-valuri intrinsiċi tal-kulturi diversi u, konsegwentement, tippromwovi t-tisħiħ tal-paċi fid-dinja (riżoluzzjoni A/RES/70/193);
C. billi fl-2015 l-Ewropa kienet ir-reġjun bl-aktar tkabbir rapidu f'termini assoluti, b'27 miljun turist aktar mill-2014 (UNTWO "Tourism Highlights", 2016);
D. billi l-bliet, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet Ewropej huma pilastri fundamentali għall-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli u kompetittiv (Taleb Rifai, Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, Brussell, 7 ta' Diċembru 2016);
1. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-turiżmu sostenibbli tas-sena" u tistabbilixxi fond li jinċentiva l-ħolqien ta' perkorsi ta' turiżmu sostenibbli fi ħdan reġjun tal-UE fuq bażi annwali.