MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-projbizzjoni tal-kummerċ u tal-importazzjoni tal-ormon eCG
16.10.2017
Sophie Montel, Florian Philippot
B8-0587/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-kummerċ u tal-importazzjoni tal-ormon eCG
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi jeżistu rziezet imsejħin "tad-demm" f'bosta pajjiżi tal-Amerka t'Isfel, bħall-Arġentina u l-Urugwaj, li fihom id-dwieb jinżammu fi stalel bil-għan li jittiħdulhom sa 10 litri demm darbtejn fil-ġimgħa;
B. billi, barra milli hija prattika li taħqar lill-annimal, dan id-demm jittieħed biex jinkiseb ormon, l-eCG, sekretat mill-plaċenta tad-debba mill-40 sal-120 jum ta' ġestazzjoni; billi min irabbi dawn l-annimali jaborta lid-dwieb manwalment u mingħajr anestesija meta ma jibqgħux jissekretaw dan l-ormon;
C. billi l-ormon eCG huwa importat fl-Ewropa mil-laboratorji Ewropej iżda wkoll minn ċerti rziezet li jrabbu l-ħnieżer, il-bhejjem tal-ifrat u n-nagħaġ bil-għan li jiżdied in-numru ta' frieħ imwielda u tiżdied il-produzzjoni; billi dawn l-irziezet tat-trobbija intensiva jaħqru immensament lill-bhejjem;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tipprojbixxi l-kummerċ u l-importazzjoni tal-ormon eCG.