MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar Green Paper dwar l-iżvilupp ta' identità komuni Ewropea
6.11.2017
Salvatore Domenico Pogliese
B8-0591/2017
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Green Paper dwar l-iżvilupp ta' identità komuni Ewropea
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi t-tixrid u l-promozzjoni tal-għeruq storiċi, ekonomiċi, kulturali u spiritwali s-sisien tal-Ewropa;
B. jenfasizza li mingħajr sentiment reali ta' appartenenza għal identità komuni Ewropea, mhuwiex possibbli li jitwettaq bis-sħiħ il-proċess ta' integrazzjoni;
C. ifakkar li l-popli jingħaqdu b'mod konkret biss jekk jitqanqlu minn motivazzjonijiet profondi u biss jekk iħossuhom parti minn komunità li tikkondividi destin komuni;
1. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta Green Paper biex tiffaċilita u tistimula riflessjoni ġenerali dwar it-tixrid u l-iżvilupp ta' identità komuni Ewropea.