MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 47k
28.11.2017
PE614.275v01-00
 
B8-0662/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kompożizzjoni u l-iffinanzjar ta' aġenziji hekk imsejħa Ewropej


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni u l-iffinanzjar ta' aġenziji hekk imsejħa Ewropej  
B8‑0662/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-17 ta' Mejju 2017, in-netwerk soċjali ewropew (in-Network Soċjali Ewropew jew l-ESN) irċieva 905 292,06 EUR f'għotjiet Ewropej(1);

B.  billi din l-organizzazzjoni xejn trasparenti tinkludi biss għadd żgħir ta' membri Franċiżi u ma tinkludi ebda organizzazzjoni importanti Ġermaniża, Franċiża, Brittanika jew Taljana tas-settur pubbliku;

C.  billi ċerti entitajiet barranin huma membri ta' dan in-netwerk, b'mod partikolari l-Ministeru tax-Xogħol u l-Protezzjoni Soċjali tar-Repubblika tal-Ażerbajġan(2);

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tieqaf tiffinanzja entitajiet komposti minn pajjiżi terzi li l-interessi tagħhom ma jkunux Ewropej.

(1)

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=632&langId=mt

(2)

http://www.esn-eu.org/userfiles/Documents/Members_docs/ESN_Members_List_-_30_May_2017.pdf

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza