MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 47k
12.12.2017
PE614.334v01-00
 
B8-0705/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rilokazzjoni tal-migranti


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rilokazzjoni tal-migranti  
B8-0705/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi għadha teżisti indisponibbiltà inaċċettabbli min-naħa ta' ċerti Stati Membri rigward ir-rilokazzjoni tal-migranti;

B.  billi, b’mod partikolari, ir-reżistenza tal-pajjiżi tal-grupp Visegrád, li qegħdin jirrifjutaw id-deċiżjoni, li kienet saħansitra ittieħdet, dwar il-kwoti obbligatorji;

C.  billi r-regoli Ewropej dwar ir-rilokazzjoni tal-migranti mhumiex fakultattivi;

D.  billi meta dak li jkun iqis it-test emendatorju tar-Regolament ta' Dublin;

1.  Iqis li l-għeluq u l-ħitan huma żball u li r-rilokazzjoni ta' kwoti obbligatorji hija l-minimu indispensabbli għall-Istati Membri kollha;

2.  Jitlob lill-Kunsill jirrikorri għal vot ta' maġġoranza sabiex tinsab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni spjaċevoli ta' staġnar.

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza