MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
18.1.2018
PE614.364v01-00
 
B8-0062/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-"istrateġija kontra d-delinkwenza fost iż-żgħażagħ"


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-"istrateġija kontra d-delinkwenza fost iż-żgħażagħ"  
B8‑0062/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-delinkwenza fost iż-żgħażagħ taffettwa kategorija partikolarment vulnerabbli tal-popolazzjoni u sa minn kmieni ħafna tesponi liż-żgħażagħ għar-riskju tal-esklużjoni soċjali;

B.  billi l-iktar data reċenti disponibbli mogħtija mill-UNODC għall-perjodu 2009-2011 tiżvela andament prepkkupanti fir-rata tad-delinkwenza fost iż-żgħażagħ;

1.  Iqis li, għal ġlieda effikaċi kontra d-delinkwenza fost iż-żgħażagħ, hija meħtieġa strateġija integrata fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, li tgħaqqad miżuri ta' prevenzjoni, ordnijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji u miżuri ta' inklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ kollha;

2.  Iqis li, sabiex il-problema tad-delinkwenza fost iż-żgħażagħ tissolva b'mod effikaċi, huwa neċessarju li tiġi stabbilita politika valida fl-ambitu skolastiku, soċjali, familjari u edukattiv li tikkontribwixxi biex jitwasslu valuri soċjali u ċiviċi;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea:

tippreżenta programm qafas integrat tal-Unjoni, ibbażat fuq l-aħjar prattiki nazzjonali, li jipprevedi miżuri preventivi fil-livell tal-UE;

tiddefinixxi kriterji speċifiċi għall-Istati Membri kollha għall-ipproċessar ta' statistika nazzjonali sabiex ikun żgurat li din tkun tista' titqabbel u għalhekk tkun tista' tintuża fl-ippjanar tal-miżuri fuq skala Ewropea;

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza