MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 397kWORD 49k
12.1.2018
PE614.365v01-00
 
B8-0063/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar "id-diplomazija tal-panda" u l-kontroll fuq is-self tal-pandas bejn iċ-Ċina u l-ġonna żooloġiċi fl-Unjoni Ewropea


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "id-diplomazija tal-panda" u l-kontroll fuq is-self tal-pandas bejn iċ-Ċina u l-ġonna żooloġiċi fl-Unjoni Ewropea  
B8‑0063/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-self tal-pandas, li kull darba jiġi jqum madwar EUR 700 000, ġeneralment jagħmel telf, kif juri t-telf ta' USD 33 miljun li għamlu diversi ġonna żooloġiċi fl-Istati Uniti (2000-2003), u billi jidher li ċ-Ċina ma tonorax l-obbligu tagħha li talloka 70 % tal-fondi lir-riċerka u billi, skont l-Financial Times tat-3 ta' Novembru 2017, aktarx li jseħħu każijiet ta' miżapproprjazzjoni;

B.  billi tali self jimplika li l-pandas ikunu jridu jintbagħtu lura, filwaqt li l-kundizzjonijiet taċ-"ċentri ta' riċerka" Ċiniżi kienu kkritikati (ara Henry Nicholls, Kati Loeffler) u li vidjo tat-12 ta' Lulju 2017 kixef li l-annimali jiġu ttrattati ħażin;

C.  billi xi xjenzati jiddenunzjaw il-konservazzjoni ta' aktar minn 510 pandas f'dawn iċ-ċentri, il-popolazzjoni selvaġġa tal-panda (1 864 annimal fl-2015) u l-pressjoni li qed tagħmel iċ-Ċina kontra r-riklassifikazzjoni tal-panda bħala speċi vulnerabbli (2016);

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:

a) isaħħu l-kontroll fuq dan is-self, partikolarment rigward it-trasparenza finanzjarja u l-bilanċ finanzjarju;

b) jippromwovu l-programmi ta' konservazzjoni bbilanċjati bil-għan li l-annimali jerġgħu jintegraw ruħhom fil-ħabitat naturali tagħhom.

(1)

ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza