Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0075/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0075/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-projbizzjoni tal-importazzjoni fl-Ewropa tal-prodotti li ġejjin mill-iskjavitù

24.1.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8‑0075/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-importazzjoni fl-Ewropa tal-prodotti li ġejjin mill-iskjavitù

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-2016, l-Unjoni Ewropea importat EUR 2 200 biljun fi prodotti u servizzi; billi, minbarra l-enerġija, l-UE timporta aktar mill-pajjiżi l-anqas żviluppati milli mill-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u ċ-Ċina flimkien[1];

B.  billi l-Kummissjoni tistabbilixxi l-politika kummerċjali u billi l-Parlament Ewropew jiżgura l-kontroll demokratiku tagħha;

C.  billi l-Kummissjoni tagħti aċċess lil 49 pajjiż għas-suq Ewropew mingħajr kwoti u dazji doganali u impenjat ruħha biex issaħħaħ ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tul il-katina kollha tal-produzzjoni;

D.  billi prodott mibjugħ fl-Ewropa ma jistax jiġi magħmul, kemm jekk parti minnu jew kollu kemm hu, minn ħaddiem imħallas anqas minn EUR 50 fix-xahar, għaliex dan is-salarju jammonta għal skjavitù;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprojbixxi l-importazzjoni fl-Ewropa tal-prodotti tal-intrapriżi kollha li s-sottokuntratturi tagħhom jipprattikaw l-iskjavitù (salarju inferjuri għal EUR 50 fix-xahar);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi servizz li jispezzjona r-riċevuti tal-pagi tal-katini kollha tal-produzzjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza