MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kriżi tas-settur tal-ħalib
30.1.2018
Philippe Loiseau, Edouard Ferrand
B8‑0076/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tas-settur tal-ħalib
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kriżi reċenti tal-ħalib inħolqot b'mod partikolari mit-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib, li hija r-riżultat tar-rieda politika tal-Kummissjoni Ewropea li tkompli tilliberalizza s-swieq;
B. billi din is-sitwazzjoni wasslet għall-akkumulazzjoni ta' stokk tal-ħalib ta' madwar 380 000 tunnellata, b'valur ta' EUR 650 miljun;
C. billi t-tqegħid fis-suq ta' dan l-istokk ikollu impatt dirett u drammatiku għall-produtturi Ewropej tal-ħalib;
D. billi l-ħażna kbira tal-ħalib tat-trab, strument ta' regolamentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea[1], minbarra li tagħmilha impossibbli li l-prezz tal-ħalib jiżdied b'mod rapidu, jista' jkollha impatt negattiv fuq il-prezzijiet;
E. billi l-għadd ta' azjendi tal-ħalib Ewropej qiegħed jonqos b'mod drastiku;
F. billi s-settur tal-ħalib Franċiż, b'298 000 impjieg, jinsab fit-tieni post tal-produzzjoni Ewropea;
G. billi l-kriżi tal-butir u l-każ Lactalis ma għenux biex is-sitwazzjoni tas-settur tittejjeb;
1. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea ċċedi l-ġestjoni tal-ħażniet tal-ħalib;
2. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea terġa' tistabbilixxi l-kwoti tal-ħalib sabiex tirregola l-produzzjoni.
- [1] Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007.