Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0119/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0119/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja

21.2.2018 - (2018/2541(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Claude Moraes f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


Proċedura : 2018/2541(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0119/2018
Testi mressqa :
B8-0119/2018
Testi adottati :

B8‑0119/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja

(2018/2541(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja[1],

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017[2] dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' konsultazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – 2017/2219 – il-Polonja – Ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-liġi li temenda l-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji[3],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja[4] u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-suġġett,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja tiddikjara li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE;

1.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 biex tattiva l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Polonja u jappoġġa l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw il-problemi;

2.  Jistieden lill-Kunsill jieħu azzjoni rapida skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) tat-TUE;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu lill-Parlament informat b'mod sħiħ u regolari dwar il-progress magħmul u l-azzjoni meħuda f'kull stadju tal-proċedura;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza