Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0129/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0129/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-impriżi

28.2.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Salvatore Domenico Pogliese

B8‑0129/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-impriżi

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi mingħajr parteċipazzjoni effettiva tal-ħaddiema fl-għażliet strateġiċi tal-impriżi se jkun diffiċli li jiżdiedu l-impjiegi u li tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea;

B.  billi l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-impriżi tiffavorixxi r-responsabilizzazzjoni soċjali tal-impriżi u l-valorizzazzjoni tax-xogħol bħala suġġett u mhux bħala oġġett tal-ekonomija;

C.  billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fakkar li huwa siewi li l-ħaddiema jiġu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tmexxija tal-kumpanija biex isir użu tajjeb minn forom ġodda ta' organizzazzjoni ta' xogħol u jiġi antiċipat it-tibdil ekonomiku;

D.  billi l-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 5, 114, 115, 151 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tista' tappoġġa u tintegra l-attivitajiet tal-Istati Membri relatati mal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema;

1.   Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi pakkett ta' miżuri leġiżlattivi maħsuba biex jippromwovu fl-Unjoni Ewropea kollha parteċipazzjoni akbar tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-impriżi.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza