imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar talba biex jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-bijofjuwils
Joëlle Mélin, Philippe Loiseau
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba biex jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-bijofjuwils
B8-0131/2018
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-parità attwali bejn l-euro u d-dollaru hija ferm negattiva għall-Unjoni Ewropea;
B. billi t-tassazzjoni ta' ċerti Stati Membri fuq il-fjuwils għall-karozzi laħqet livell li jpoġġi piż fuq il-baġit u fuq il-kapaċità tal-akkwist;
C. billi s-sewwieqa tal-karozzi, speċjalment dawk fiż-żoni rurali, ma għandhomx għażla oħra ħlief li jużaw il-vettura personali tagħhom fil-ħajja professjonali u fil-ħajja ta' kuljum tagħhom;
1. Jitlob li jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-fjuwils alternattivi għall-fjuwils fossili, b'mod partikolari l-bijofjuwils;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.