MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-terroriżmu fl-Ewropa: it-tkeċċija ta' terroristi barranin ikkundannati
14.3.2018
Dominique Martin
B8-0177/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-terroriżmu fl-Ewropa: it-tkeċċija ta' terroristi barranin ikkundannati
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fl-2017, f'Barċellona, f'Manchester, fi Stokkolma u f'Turku (fil-Finlandja), persuni Marokkini, Libjani jew Użbeki daħlu fuq folla u attakkaw kunċert u suq;
B. billi, skont l-Europol u l-Eurojust, bejn l-2014 u l-2016, 1 537 persuna ġew ikkundannati fl-Ewropa għal attivitajiet relatati mat-terroriżmu, li terz minnhom ma kellhomx ċittadinanza Ewropea;
C. billi fl-1996, wara l-ewwel attakk tal-World Trade Center, il-President Clinton iffirma liġi kontra t-terroriżmu li għamlitha obbligatorja li jitkeċċew ir-residenti barranin kollha kkundannati għal sentenza ta' mill-inqas sena ħabs;
D. billi, sa mill-2014, 40 000 terrorista minn 110 pajjiżi ġġieldu bħala membri tal-"Istat Iżlamiku"; billi ladarba tispiċċa l-gwerra, xi wħud minnhom se jiġu fl-Ewropa; billi huwa inevitabbli li xi wħud jibqgħu konvinti mill-"ġiħad";
1. Jitlob lill-Europol biex, fir-rapport annwali tiegħu dwar it-terroriżmu, jippubblika ismijiet il-kundannati;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tirrakkomanda li kull barrani terrorista kkundannat li jkun ħareġ mill-ħabs jiġi pprojbit milli jidħol fit-territorju Ewropew.