MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-sitwazzjoni tal-"bdiewa bojod" fl-Afrika t'Isfel
27.3.2018
Dominique Bilde
B8-0178/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-"bdiewa bojod" fl-Afrika t'Isfel
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, skont l-Afriforum Navorsings-Instituut (26/04/2017), l-attakki kontra s-sidien tal-artijiet ta' oriġini Ewropea (il-"bdiewa bojod"), li għandhom 73 % tal-artijiet, qed jiżdiedu fl-Afrika t'Isfel, bi 357 attakk fl-2017 meta mqabbel ma' 96 fl-2011, 74 każ ta' mewt, 13-il każ ta' tortura u 6 stupri;
B. billi, skont l-Istitut tal-Afrika t'Isfel għar-Relazzjonijiet Razzjali (SAIRR), dawn l-attakki huma marbuta b'mod partikolari man-"natura razzjali tal-istigmatizzazzjoni tal-bdiewa bojod";
C. billi, fis-27 ta' Frar 2018, il-Parlament tal-Afrika t'Isfel ta bidu għal reviżjoni tal-Artikolu 25 tal-Liġi Fundamentali bil-għan li jawtorizza l-esproprjazzjoni tal-artijiet mingħajr kumpens biex, skont il-President Cyril Ramaphosa, "jitfejqu l-feriti tal-passat u titħaffef ir-ridistribuzzjoni tal-art lis-suwed tal-Afrika t'Isfel";
1. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:
1. tikkundanna din is-sitwazzjoni, b'mod partikolari r-reviżjoni kostituzzjonali msemmija hawn fuq;
2. tintegra din il-kwistjoni fil-qafas tad-djalogu politiku tagħha mal-Afrika t'Isfel.