Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0179/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0179/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-vjolenza kontra n-nisa

12.2.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0179/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi hemm 62 miljun mara li esperjenzaw vjolenza fiżika u sesswali;

B.  billi, skont l-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, terz ta' dawn in-nisa jgħixu fl-Ewropa;

C.  billi minkejja l-awtoritajiet ma jirrapurtawx l-vjolenza mġarrba min-nisa, dan huwa att kriminali, mifrux fl-Istati Membri, li jikser id-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi l-UE qiegħda fl-ewwel post biex tiġġieled kontra l-vjolenza fuq in-nisa, kif nistgħu naraw permezz tad-Direttiva 2012/29/UE u tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta' Istanbul;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taddotta proposta ġdida għal regolament jew direttiva maħsuba biex tqajjem kuxjenza fost il-poplu fir-rigward ta' dan ir-reat.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza