MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar iż-żieda taz-zokkor fl-inbid
9.4.2018
Nicola Caputo
B8-0180/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-żieda taz-zokkor fl-inbid
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jeżenta lix-xorb alkoħoliku li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkoħol mill-indikazzjoni fuq it-tikketta tal-lista ta' ingredjenti kontenut bħaz-zokkrijiet miżjuda;
B. billi din il-prattika hija projbita fl-Italja, fi Spanja, fil-Portugall, fil-Greċja u f'Ċipru u f'ċerti nħawi ta' Franza, filwaqt li hija permessa fil-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Ewropa;
C. billi fil-pajjiżi Mediterranji l-arrikkiment tal-inbejjed huwa permess biss bl-użu tal-most ikkonċentrat u msaffi, bil-konsegwenza li l-ispejjeż huma ogħla milli fil-każ tax-xaptalizzazzjoni;
D. billi lill-konsumaturi għandha tkun garantita l-informazzjoni u t-trasparenza totali;
1. Iqis li, jekk din l-informazzjoni tkun miċħuda, dan ifisser ksur tad-dritt għall-informazzjoni tal-konsumaturi u forma ta' kompetizzjoni inġusta għall-produtturi li ma jużawx il-prattika tax-xaptalizzazzjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tadotta miżuri adegwati li jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-inbid tat-Tramuntana tal-Ewropa u dawk tal-Mediterran;
3. Jitlob li jitħares id-dritt tal-konsumaturi Ewropej għall-informazzjoni.