MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħolqien ta' ktieb tat-tagħlim tal-istorja komuni
9.4.2018
Salvatore Domenico Pogliese
B8‑0181/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien ta' ktieb tat-tagħlim tal-istorja komuni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, mingħajr sentiment ta' appartenenza reali għal identità komuni, l-Unjoni Ewropea ddestinata li titlef l-appoġġ taċ-ċittadini tagħha;
B. billi jinsaħaq fuq il-ħtieġa tal-promozzjoni ta' inizjattivi komuni fil-livell Ewropew fl-oqsma tal-kulturali u tal-edukazzjoni;
C. billi diġà jeżisti ktieb tat-tagħlim tal-istorja komuni Franko-Ġermaniż, li ilu jiġi ppublikat sa mill-2006;
1. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti sabiex jinħoloq ktieb tal-iskola komuni għall-fini li jippromwovi t-tagħlim tal-istorja minn perspettiva Ewropea.
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2018