MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-użu tal-lingwi Ewropej fl-edukazzjoni sekondarja
10.4.2018
Angel Dzhambazki
B8‑0182/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu tal-lingwi Ewropej fl-edukazzjoni sekondarja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-inkoraġġiment tat-tagħlim tal-lingwi u tad-diversità lingwistika fl-Ewropa huwa mezz essenzjali biex tiġi promossa l-kultura u tiġi żgurata l-aderenza mad-dritt tal-UE;
B. billi l-garanzija tad-dritt għal-libertà tal-moviment, għall-impjieg u għat-tagħlim fl-Ewropa hija ta' importanza vitali għas-suq uniku;
1. Jemmen li jekk l-istudenti ta' skola sekondarja jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jagħmlu l-eżamijiet f'lingwa minoritarja tal-UE dan ikun diskriminatorju u jnawwar il-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea;
2. Hu tal-fehma li l-iskejjel għandhom jadattaw il-metodi ta' tagħlim tagħhom biex jinteraġixxu b'mod kostruttiv u pożittiv mal-isfondi lingwistiċi differenti li jkunu ġejjin minnhom it-tfal sabiex b'hekk jingħata lok li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jirnexxu fl-iskola;
3. Jikkunsidra li meta ma jiġix permess li tintuża lingwa minoritarja tal-UE fl-eżamijiet tal-iskola sekondarja dan imur kontra l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) f'dak li jikkonċerna l-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex iġibu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, l-Artikolu 165(1) u (2) tat-TFUE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/486/KEE dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti.