Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0193/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0193/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-ekonomija ċirkolari: tnaqqis tal-iskart u użu mill-ġdid

16.4.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Ivan Jakovčić

B8-0193/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-ekonomija ċirkolari: tnaqqis tal-iskart u użu mill-ġdid

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ngħixu f'ekonomija ta' rimi;

B.  billi bħala medja, 40 % biss mill-iskart solidu jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklat, u l-bqija jintrema kollu fil-miżbliet jew jinħaraq;

C.  billi bidla għal ekonomija ċirkolari m'hijiex proċess sempliċi u tirrikjedi bidliet sostanzjali fil-katina tal-valur, bħal iktar riċiklaġġ, użu mill-ġdid ta' prodotti, ġestjoni aħjar tal-iskart u tal-ilma u diżinn adattat;

D.  billi ċ-ċittadini, in-negozji żgħar u l-awtoritajiet lokali jaqdu rwol importanti fl-iżgurar tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u malajr kemm jista' jkun id-direttivi tal-UE dwar l-iskart;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jissorveljaw il-kompożizzjoni tal-iskart tagħhom biex isibu alternattivi għal dawk il-prodotti li ma jistgħux jiġu użati mill-ġdid, riċiklati jew użati b'mod bijoloġiku;

3.  Jenfasizza li l-edukazzjoni taċ-ċittadini hija essenzjali fl-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ewropa;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza