MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-sostenn lil-Insara fid-dinja
11.4.2018
Mara Bizzotto
B8‑0216/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sostenn lil-Insara fid-dinja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċdura tiegħu,
A. billi skont l-Indiċi dinji tal-persekuzzjoni tal-Insara li l-NGO Open Doors tfassal kull sena, aktar minn 215-il miljun Nisrani fid-dinja jġarrbu kuljum vjolenzi u abbużi minħabba l-fidi tagħhom;
B. billi mill-1 ta' Novembru 2016 sal-31 ta' Ottubru 2017 inqatlu aktar minn 3 000 Nisrani fid-dinja, vittmi tal-intolleranza, l-aktar fl-Asja u fl-Afrika;
C. billi l-ħarsien tal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin huwa fost il-prijoritajiet tal-UE, u billi r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kkonfermat aktar minn darba l-impenn tal-UE f'dan ir-rigward;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tistinka aktar fil-ġlieda kontra ż-żieda tal-vjolenzi u tal-abbużi kontra l-Insara fl-UE u fid-dinja;
2. Iħeġġiġha tintervjeni mar-reġimi ostili għar-reliġjon Nisranija, bil-għan li twaqqaf il-qtil u l-eżodu furzat ta' eluf ta' Nsara;
3. Jistedinha tiffaċilita r-rispett tat-twemmin Nisrani bis-saħħa ta' kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni.