Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0221/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0221/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk b'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/40/UE (id-Direttiva "tabakk"), bil-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk

23.4.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Younous Omarjee

B8‑0221/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk b'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/40/UE (id-Direttiva "tabakk"), bil-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk

Il-Parlament Ewropew,

-wara li kkunsidra l-Artikolu 216, it-tieni paragrafu u l-Artikolu 168 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 

-wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk ("il-Protokoll"),

 

-wara li kkunsidra l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/40/KE,

 

-wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A.  billi biex jintemm il-kummerċ illeċitu tat-tabakk, id-WHO adottat protokoll biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, li jipprevedi b'mod partikolari sistema ta' traċċabilità tal-prodotti tat-tabakk li hija totalment indipendenti mill-industrija tat-tabakk;

 

B.  billi l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/40/UE kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni adottati fuq din il-bażi jipprevedu l-obbligu għall-industrija tat-tabakk li tintroduċi u topera sistema ta' segwitu u ta' traċċabilità kif ukoll mekkaniżmi ta' sigurtà;

 

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi minnufih emenda għad-Direttiva 2014/40/UE, u b'mod partikolari tal-Artikoli 15 u 16, sabiex jinġiebu f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Mejju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza