MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 61k
7.5.2018
PE621.618v01-00
 
B8-0235/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-protezzjoni tas-setturi li saritilhom ħsara minħabba s-sanzjonijiet kontra r-Russja


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tas-setturi li saritilhom ħsara minħabba s-sanzjonijiet kontra r-Russja  
B8-0235/2018

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-embargo sussegwenti, stabbilit minn Moska fir-rigward ta' setturi rilevanti tal-esportazzjonijiet Taljani u Ewropej fir-Russja, sa issa ħolqu telf ta' madwar EUR 12-il biljun għall-azjendi Taljani u ta' aktar minn EUR 2 biljun għal dawk mir-reġjun tal-Veneto;

B.  billi s-setturi l-aktar milquta fil-Veneto mill-ħsara diretta u indiretta tal-embargo huma dawk tal-agrikoltura u tas-sajd, tal-prodotti alimentari, tas-settur tat-tessuti u tal-produzzjoni tal-manifattura (tal-għamara, tal-ġojjelli u tan-nuċċalijiet);

C.  billi dawn il-miżuri restrittivi, stabbiliti b'mod reċiproku mill-UE u mir-Russja, ikkawżaw żieda esponenzjali fis-suq Russu tal-prodotti "Made in Italy" foloz, bi ħsarat kbar ekonomiċi u lir-reputazzjoni tal-prodotti ta' eċċellenza Taljani u tal-Veneto;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tneħħi s-sanzjonijiet u tistabbilixxi mill-ġdid relazzjonijiet kummerċjali ta' benefiċċju mar-Russja;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf għajnuniet speċifiċi ta' kumpens għall-impriżi mill-Veneto, Taljani u Ewropej li saritilhom ħsara mill-embargo Russu u mill-effetti diretti u indiretti minħabba s-sanzjonijiet kontra Moska.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza