MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 47k
17.5.2018
PE621.619v01-00
 
B8-0236/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi ta' riskju milli japplikaw għal programmi ta' taħriġ sensittivi (CBRN) f'universitajiet Ewropej


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi ta' riskju milli japplikaw għal programmi ta' taħriġ sensittivi (CBRN) f'universitajiet Ewropej  
B8‑0236/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi jeżisti r-riskju ta' attakki terroristi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) fl-Ewropa;

B.  billi dawn l-attakki jeħtieġu livell għoli ta' kompetenza teknika;

C.  billi, fil-passat, b'mod partikolari taħt Saddam Hussein, instab li ħafna studenti mill-Iraq studjaw il-qasam nukleari fir-Renju Unit;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel studju bil-għan li tistipula lista ta' programmi ta' taħriġ sensittivi f'universitajiet Ewropej (nukleari, manipulazzjoni kimika u batterjoloġika, eċċ.);

2.  Jitlob li l-Kummissjoni twettaq studju statistiku tal-għadd ta' studenti barranin irreġistrati f'dawn il-programmi ta' taħriġ sensittivi f'universitajiet Ewropej;

3.  Jappella lill-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa, partikolarment fir-rigward ta' pajjiżi ta' riskju, sabiex jipproteġu l-għarfien Ewropew u jnaqqsu r-riskji CBRN.

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ġunju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza