PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI dwar il-ħatra tas-Sur Antonio Mura fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")
24.5.2018 - (2018/2032(INS))
Claude Moraes f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Proċedura : 2018/2071(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
B8-0237/2018
Testi mressqa :
B8-0237/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
B8‑0237/2018
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tas-Sur Antonio Mura fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")[1],
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (B8-0000/2018),
– wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi Antonio Mura jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939;
1. Jipproponi li Antonio Mura jinħatar fil-bord tal-għażla;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Mejju 2018