MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 48k
15.6.2018
PE621.699v01-00
 
B8-0301/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-attakki kontra l-ġurnalisti u l-libertà tal-media fil-pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-attakki kontra l-ġurnalisti u l-libertà tal-media fil-pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant  
B8‑0301/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni permezz tal-media jikkostitwixxi rekwiżit neċessarju għal kwalunkwe soċjetà demokratika;

B.  billi, minkejja l-progress li sar fil-proċess tal-adeżjoni tal-UE u l-armonizzazzjoni gradwali tal-qafas istituzzjonali mal-acquis u l-istandards Ewropej f'dan il-qasam, il-livell tal-libertà tal-media għadu mhux sodisfaċenti fil-pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

C.  billi l-libertà tal-media trid tingħata aktar importanza fil-proċess tal-adeżjoni tal-UE;

1.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-media u t-twettiq ta' ċerti parametri ta' riferiment b'mod simili għal mod kif il-progress huwa mmonitorjat għall-Kapitoli 23 u 24;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq skema permanenti ta' appoġġ finanzjarju, li tinkludi baġit iddedikat, billi tirrialloka r-riżorsi eżistenti biex jiġi appoġġjat l-ġurnaliżmu investigattiv indipendenti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza