MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħtieġa li dawk li jħaddmu lil barranin mhux Ewropej jiġġiegħlu jikkontribwixxu għat-taħriġ taċ-ċittadini u tal-persuni qiegħda Ewropej
30.8.2018
Dominique Martin
B8-0354/2018
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa li dawk li jħaddmu lil barranin mhux Ewropej jiġġiegħlu jikkontribwixxu għat-taħriġ taċ-ċittadini u tal-persuni qiegħda Ewropej
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, f'Ġunju 2018[1], kien hemm 17-il miljun persuna qiegħda li kienu qed ifittxu impjieg fl-Unjoni Ewropea u r-ritorn tagħhom fis-suq tax-xogħol ikun aktar faċli permezz tal-kisba ta' ħiliet;
B. billi l-Eurostat[2] iqis li, fl-1 ta' Jannar 2016, 35 miljun persuna mwielda barra mill-Unjoni Ewropea kienu qed jgħixu fit-territorju tal-Unjoni, fosthom 21 miljun li żammew iċ-ċittadinanza ta' oriġini tagħhom;
C. billi, matul is-sena 2015[3] waħidha, 2,7 miljun ċittadin ta' pajjiżi terzi immigraw lejn l-Unjoni Ewropea;
D. billi Franza, fl-2016, ir-rata tal-impjieg tal-persuni mwielda barra mill-Unjoni Ewropea kienet ta' 54 %;
E. billi jeżistu fondi għat-taħriġ taċ-ċittadini u tal-persuni qiegħda residenti fl-Ewropa;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tirriżerva fond għaċ-ċittadini Ewropej biss;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi l-adeżjoni volontarja għal dan il-fond sal-1 ta' Jannar 2019 min-naħa tal-impriżi li jħaddmu lil barranin mhux Ewropej u, sussegwentement, l-obbligu ta' finanzjament għat-tali fond matul it-18-il xahar li jmiss skont l-għadd ta' barranin impjegati.
- [1] https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/9105174/3-31072018-AP-EN/a942605d-7a19-4c0a-8616-c5805a826798
- [2] Is-Servizz tal-Istatistika tal-Kummissjoni.
- [3] https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Migration_and_migrant_population_statistics/fr#Informations_suppl.C3.A9mentaires_Eurostat