imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar it-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra (2018/2849(RSP))
Cristian Dan Preda
f'isem il-Grupp PPE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra(2018/2849(RSP))
B8‑0383/2018
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Settembru 2018 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Federica Mogherini dwar l-aħħar żviluppi rigward id-demolizzjoni ppjanata ta' Khan al-Ahmar,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Qorti Superjuri Iżraeljana ċaħdet il-petizzjonijiet mir-residenti ta' Khan al-Ahmar; billi l-komunità ta' Khan al-Ahmar tinsab f'post sensittiv fiż-Żona C; billi l-Qorti Superjuri ddeċidiet li l-awtoritajiet rilevanti huma awtorizzati biex jeżerċitaw il-pjan ta' rilokazzjoni tar-residenti ta' Jahlin tal-Lvant; billi l-Qorti Superjuri ppermettiet lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jipproċedu bil-pjanijiet għad-demolizzjoni;
1. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tas-7 ta' Settembru 2018 mill-VP/RGħ Federica Mogherini dwar l-aħħar żviluppi rigward id-demolizzjoni ppjanata ta' Khan al-Ahmar, li fiha l-Unjoni Ewropea tappella lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jerġgħu jikkunsidraw id-deċiżjoni tagħhom li jiġi demolit Khan al-Ahmar;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern tal-Iżrael, lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.