MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 47k
13.9.2018
PE624.104v01-00
 
B8-0395/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-abolizzjoni tar-reġim EBA (Kollox ħlief Armi) fil-Kambodja


Angelo Ciocca

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abolizzjoni tar-reġim EBA (Kollox ħlief Armi) fil-Kambodja  
B8-0395/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fid-data 13.9.2018 il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Kem Sokha (2018/2842(RSP)), b'hekk ikkonferma l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għad hemm fil-pajjiż;

C.  billi l-Kambodja tibbenefika mir-reġim aktar favorevoli previst mis-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SPĠ) tal-UE, jiġifieri r-reġim EBA (Kollox ħlief Armi), li għall-perjodu finanzjarju 2014-2020 l-UE allokat EUR 410 miljun għall-Kambodja fl-ambitu tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li dawn il-preferenzi kummerċjali jibqgħu suġġetti għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf mill-aktar fis ir-reġim EBA (Kollox ħlief Armi) fil-Kambodja.

 

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza