MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
14.9.2018
PE624.105v01-00
 
B8-0396/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-protezzjoni tal-imrieħel fiż-żoni muntanjużi mill-ħtif mill-ilpup


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-imrieħel fiż-żoni muntanjużi mill-ħtif mill-ilpup  
B8-0396/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 92/43/KEE dwar il-ħabitats tiggarantixxi lil-lupu l-istatus ta' speċi protetta;

B.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2017/2819 tenfasizza li l-lupu jista' jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-ekosistemi u tal-attivitajiet soċjoekonomiċi tal-inħawi rurali abitati;

C.  billi f'ċerti reġjuni tal-Ewropa, bħal fil-Veneto u fit-Trentino-Alto Adige, il-lupu mhuwiex f'riskju ta' estinzjoni u l-proliferazzjoni ta' dawn l-annimali qiegħda tqiegħed f'periklu l-għajxien tal-imrieħel fiż-żoni muntanjużi minħabba ħtif u attakki frekwenti li jikkawżaw ħsarat enormi lir-raħħala;

D.  billi l-attività agrikola u agroforestali u tar-ragħa għandha rwol fundamentali għall-ħarsien u għall-użu tat-territorji tal-muntanji u dawk f'dejl il-muntanji;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li timmodifika l-istatus ta' protezzjoni tal-lupu fil-Veneto u fit-Trentino-Alto Adige, b'hekk ir-reġjuni jitħallew jimplimentaw pjanijiet ta' trażżin, qbid u qtil selettiv tal-ilpup;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis id-definizzjoni ta' miżuri adegwati ta' protezzjoni u sostenn għar-raħħala milquta mill-ħtif mill-ilpup.

 

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza