MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
19.9.2018
PE624.148v01-00
 
B8-0470/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-introduzzjoni ta' sussidji għall-familji għall-ispejjeż tal-iskola


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-introduzzjoni ta' sussidji għall-familji għall-ispejjeż tal-iskola  
B8‑0470/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza ta' sostenn, ta' koordinament u ta' tlestija fis-settur strateġiku tal-edukazzjoni, skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

B.  billi kull sena qed tiġi rreġistrata żieda tal-ispejjeż li kull familja jkollha taffronta għall-miżati, għall-materjal edukattiv u għall-kotba (fl-Italja, skont l-Osservatorio della Federconsumatori, għal kull tifla u tifla fil-medja se jintefqu EUR 526 għal dak meħtieġ għall-iskola – b'żieda ta' 0,8 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel – u EUR 456.90 għall-kotba u d-dizzjunarji);

C.  billi l-Istati Membri diġà jsostnu l-familji permezz ta' allowances u ta' tnaqqis fiskali sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-iskola;

D.  billi l-edukazzjoni hija settur estremament importanti għat-tkabbir, l-iżvilupp u l-formazzjoni ta' kull tifel u tifla;

1.  Jistieden li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jiġu introdotti sussidji, allowances jew miżuri oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispejjeż li l-familji, speċjalment dawk f'diffikultà ekonomika, iridu jħabbtu wiċċhom magħhom biex jiggarantixxu edukazzjoni tajba u idonea għal uliedhom, li jikkompletaw l-azzjoni tal-Istati Membri u jikkoordinawha.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza