MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 48k
28.9.2018
PE624.149v01-00
 
B8-0471/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tħeġġiġ tal-biedja bijodinamika


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħeġġiġ tal-biedja bijodinamika  
B8‑0471/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi wieħed mill-objettivi politiċi tal-UE huwa li l-produzzjoni agrikola u tal-ikel jersqu aktar lejn is-sostenibbiltà, il-kwalità u t-teknoloġiji b'riskju baxx;

B.  billi sistemi organiċi u bijodinamiċi tal-biedja huma mezzi innovattivi biex jindirizzaw l-isfidi tal-UE fil-qasam tal-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel;

C.  billi l-bijodinamiki huma forma ta' agrikoltura organika li trendi benefiċċji lill-farm, inklużi ħamrija aktar b'saħħitha, għelejjel aħjar u ekoloġija aktar vibranti;

D.  billi l-agrikoltura bijodinamika jista' jkollha rwol sinifikanti fil-mitigazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-minimizzazzjoni fl-użu tal-pestiċidi li huma ta' detriment għas-saħħa u l-ambjent u jiżviluppaw miżuri li jipproteġu u jsostnu l-agrikoltura bijodinamika u organika fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-PAK;

2.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali jinkoraġġixxu l-katini tal-provvista qasira u l-konsum mit-tfal ta' frott u ħaxix lokali u staġunali prodotti bl-użu ta' metodi li jikkonformaw mal-istandards tal-biedja bijodinamika u organika;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza