MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 48k
2.10.2018
PE624.153v01-00
 
B8-0475/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-attakki bl-aċidu sulfuriku


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-attakki bl-aċidu sulfuriku  
B8‑0475/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (COM(2018)0209),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-għadd ta' attakki bl-aċidu sulfuriku ("aċidu") żdiedu fl-Unjoni Ewropea The Independent (ħarġa tas-7 ta' Diċembru 2017), u fir-Renju Unit seħħew l-akbar attakki bl-aċidu fid-dinja, b'465 attakk f'Londra fl-2017, kontra s-77 attakk fl-2012 (CNN, is-26 ta' Jannar 2018);

B.  billi dawn l-attakki ta' spiss iħallu konsegwenzi drammatiċi għall-vittmi li jsalvaw, prinċipalment mutilazzjonijiet u sfigurazzjonijiet gravi, u li dawn l-attakki huma ffaċilitati mid-disponibilità ta' bejgħ dirett jew online tal-aċidu;

1.  Jilqa' l-proposta għal regolament imsemmija hawn fuq li l-aċidu b'konċentrazzjoni ta' 'l fuq minn 15 % w/w jiżdied mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal rendikont separat tal-attakki bl-aċidu fl-istatistiki tal-Eurostat;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isaħħu l-kontroll tal-bejgħ tal-aċidu u l-qawwa leġiżlattiva tagħhom rigward il-pussess tal-aċidu, il-klassifikazzjoni kriminali tal-attakki bl-aċidu u l-pieni marbuta magħhom.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza