MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 47k
23.10.2018
PE624.208v01-00
 
B8-0511/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-preżenza ta' interferenti endokrinali f'xi prodotti riċiklati


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-preżenza ta' interferenti endokrinali f'xi prodotti riċiklati  
B8-0511/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fi studju, ippubblikat f'Ottubru 2018, ħames assoċjazzjonijiet, WECF France (Women in Europe for a Common Future, Nisa fl-Ewropa għal Futur Komuni), France Nature Environnement (FNE), Alleanza għas-Saħħa u l-Ambjent (HEAL), Arnika u n-Netwerk Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tas-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (IPEN), iddenunzjaw iċ-ċirkwit tar-riċiklaġġ kif inhu awtorizzat fl-Unjoni Ewropea;

B.  billi, wara test imwettaq fuq 430 prodott ta' kuljum, ġiet ikkonfermata l-preżenza ta' sustanzi tossiċi, rikonoxxuti bħala interferenti endokrinali, b'mod partikolari f'oġġetti tal-kċina jew f'ġugarelli;

C.  billi 25 % tal-prodotti ttestjati fihom ritardanti tal-fjammi bromurati, inklużi l-eteri tad-difenil polibromurat u l-eżabromoċiklododekan, sustanzi niġġiesa organiċi persistenti perikolużi għas-saħħa u għall-ambjent, u billi dawn ir-ritardanti tal-fjammi joriġinaw mill-iskart elettroniku, u huwa għalhekk li l-Unjoni Ewropea tittollera l-preżenza tagħhom fil-plastik;

D.  billi bosta studji kkonfermaw li l-interferenti endokrinali jaġixxu fuq il-moħħ u t-tirojde, u jżidu r-riskju ta' problemi rigward l-attenzjoni u l-iperattività fit-tfal;

E.  billi t-tfal ta' età żgħira ħafna għandhom it-tendenza jqiegħdu l-ġugarelli f'ħalqhom;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b'urġenza l-leġiżlazzjoni rigward dawn id-derogi, bil-għan li tipproteġi s-saħħa, b'mod partikolari tat-tfal.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza