MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 50k
29.10.2018
PE624.210v01-00
 
B8-0513/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà  
B8‑0513/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa stmat li l-baġit tal-Parlament jammonta għal EUR 1,90 biljun fis-sena u dak tal-Unjoni Ewropea għal EUR 1 100 biljun fuq perjodu ta' 7 snin(1);

B.  billi l-proposta għat-tqassim tal-baġit 2021-2027 tikkonsisti mill-allokazzjoni ta' EUR 2,2 biljun(2) għas-sigurtà interna u EUR 100 biljun(3) għall-politika tal-viċinat(!);

C.  billi, fi kliem ieħor, l-Unjoni Ewropea donnha tagħti prijorità lir-relazzjonijiet tajba mal-Ukrajna, minflok ma tagħtiha lis-sigurtà taċ-ċittadini Franċiżi u Ewropej, minkejja riskju terroristiku omnipreżenti;

D.  billi ma aħniex neqsin minn eżempji grotteski, bħalma huma l-EUR 200 miljun mogħtija lill-Marokk meta l-ġid personali tar-Re tal-Marokk huwa stmat għal USD 6 biljun;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrestawra l-bilanċ f'dan it-tqassim tal-fondi b'mod li l-baġit allokat għas-sigurtà interna jkun ogħla;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-baġits allokati għas-sigurtà jkunu akbar mill-baġits allokati għall-politika tal-viċinat(4).

 

(1)

EUR 1 134 583 miljun f'impenji u EUR 1 104 805 miljun f'pagamenti.

(2)

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2018/625148/EPRS_IDA(2018)625148_EN.pdf

(3)

Ma aħniex qed nieħdu inkunsiderazzjoni l-għajnuna umanitarja li aħna favur tagħha (prinċipju ta' solidarjetà).

(4)

U mhux skont il-perċentwali bħalissa: 2,1 % għad-difiża u s-sigurtà u 9,6 % għall-politika tal-viċinat!

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza