Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0545/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0545/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar strateġija ta' valorizzazzjoni ta' Sqallija bħala ċentru loġistiku prinċipali tal-UE għall-kummerċ mal-Afrika

11.11.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Innocenzo Leontini

B8-0545/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġija ta' valorizzazzjoni ta' Sqallija bħala ċentru loġistiku prinċipali tal-UE għall-kummerċ mal-Afrika

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp[1] u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Alleanza ġdida Afrika - Ewropa għall-Investiment u għall-Impjiegi Sostenibbli (COM(2018)643 final), b'riferiment partikolari għall-hekk imsejjaħ "Pjan ta' Investiment tal-UE għall-Afrika",

A.  billi jissottolinja li Sqallija, b'superfiċje ta' 25 426 km2 u popolazzjoni ta' aktar minn 5 miljun abitant, hija l-akbar gżira tal-Mediterran u tinsab nofs triq bejn Ġibiltà u l-Kanal ta' Suez;

B.  billi jfakkar li t-tegħlib tal-kawżi profondi tal-emigrazzjoni jiddependi strettament u direttament mill-istabbiltà u mill-iżvilupp ekonomiku tal-kontinent Afrikan;

C.  billi attwalment l-UE hija s-sieħeb prinċipali tal-Afrika, l-investitur prinċipali fil-kontinent Afrikan kif ukoll l-aktar suq importanti ta' destinazzjoni tal-prodotti mmanufatturati f'din il-parti tad-dinja u, skont kalkoli, sal-2050, fl-Afrika se jgħixu 2,5 biljun ruħ;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timplimenta miżuri għall-valorizzazzjoni ta' Sqallija bħala ċentru loġistiku prinċipali tal-UE għall-kummerċ mal-Afrika.

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza