Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0550/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0550/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tikkettar "volpi tal-artiku"

23.11.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8‑0550/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tikkettar "volpi tal-artiku"

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Awwissu 2018[1], 17-il miljun persuna kienu qed ifittxu impjieg fl-Unjoni Ewropea u r-ritorn tagħhom fis-suq tax-xogħol huwa marbut mal-kontinwazzjoni tal-eżistenza tal-produzzjoni bbażata fl-Ewropa;

B.  billi, fl-2017, l-Unjoni Ewropea importat EUR 2 000 biljun fi prodotti u servizzi[2];

C.  billi t-tniġġis minn vapur wieħed li jaqsam l-oċeani huwa ekwivalenti għal madwar 50 miljun karozza[3];

D.  billi l-volpi tal-artiku u l-foka taċ-ċrieki tal-Baie de Somme huma żewġ speċijiet mhedda mit-tisħin globali[4];

E.  billi s-suċċess tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika[5] u l-politiki oħra ta' inċentiv għall-klijenti Ewropej biex jagħmlu għażliet pożittivi u ċari permezz ta' tikkettar sempliċi (skala ta' kuluri fuq it-tikketta, minn aħdar skur għal aħmar u skont l-ittri minn A sa G);

1.  Jitlob lill-Kummissjoni toħloq tikkettar sempliċi (sinjali ħodor, oranġjo, ħomor) abbażi tad-distanza mill-post tal-produzzjoni sal-post tal-konsum (UE, >1000 km; >5000 km);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi l-adeżjoni volontarja tal-intrapriżi għal dan it-tikkettar sal-1 ta' Lulju 2019, imbagħad li jsir obbligatorju fit-18-il xahar ta' wara.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza