MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 134kWORD 47k
23.1.2019
PE631.679v01-00
 
B8-0078/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-importazzjonijiet massivi ta' ċereali li mhumiex konformi mal-istandards Ewropej


Philippe Loiseau

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-importazzjonijiet massivi ta' ċereali li mhumiex konformi mal-istandards Ewropej  
B8-0078/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tweġiba mogħtija mis-Sur Andriukaitis, f'isem il-Kummissjoni Ewropea, għall-mistoqsija bil-miktub E-004015/2018 imressqa minn Philippe Loiseau,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-prezz taċ-ċereali llum huwa terz tar-rata kostanti tiegħu ta' tletin sena ilu u billi l-fatturat tal-bdiewa taċ-ċereali Franċiżi b'mod partikolari naqas bi 62 % matul l-istess perjodu;

B.  billi l-importazzjonijiet massivi ta' ċereali fl-Unjoni Ewropea, speċjalment ta' qamħirrum mill-Ukrajna, joriġinaw minn metodi ta' produzzjoni li jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huma projbiti f'ċerti Stati Membri;

C.  billi dawn l-importazzjonijiet qed iservu biex l-operaturi tal-industrija u ċerti kooperattivi jbaxxu l-prezzijiet u dan qed ifixkel il-kompetizzjoni għad-detriment tal-produtturi Ewropej;

1.  Iqis li hemm bżonn tiġi stabbilita eċċezzjoni "agrikola" fil-livell Ewropew, kif qed jitolbu r-rappreżentanti tas-settur taċ-ċereali, sabiex jiġu protetti s-swieq agrikoli;

2.  Jitlob li jiġu stabbiliti standards aktar stretti għall-importazzjonijiet li huma f'kompetizzjoni mal-produzzjoni agrikola Ewropea;

3.  Jitlob, fil-każ kuntrarju, li jiġi stabbilit livell għoli ta' tassazzjoni għall-importazzjonijiet li mhumiex konformi mal-istandards ta' produzzjoni Ewropej;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza