Proċedura : 2019/2614(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0175/2019

Testi mressqa :

B8-0175/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{11/03/2019}11.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0175/2019</NoDocSe>
PDF 144kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE</Titre>

<DocRef>(2019/2614(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Marisa Matias, Miguel Viegas, Matt Carthy, Anja Hazekamp, Malin Björk, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Martina Anderson, Lynn Boylan, Luke Ming Flanagan, Liadh Ní Riada, Martin Schirdewan, Kostadinka Kuneva, João Pimenta Lopes, João Ferreira, Patrick Le Hyaric</Depute></RepeatBlock-By>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>


B8‑0175/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE

(2019/2614(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (ir-Regolament SRM)[1]

 wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ir-Regolament EBA)[2]

 wara li kkunsidra l-Artikolu 283 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2017[3],

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB), b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt fundamentali tal-bniedem, u billi l-kisba tagħha tikkontribwixxi għal tkabbir aktar inklużiv u sostenibbli; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

B. billi l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

Ċ. billi kważi l-pożizzjonijiet ewlenin kollha fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u fl-awtoritajiet superviżorji Ewropej huma okkupati mill-irġiel;

D. billi bħalissa hemm mara waħda biss fuq il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE; billi żewġ membri biss mill-25 Membru tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma nisa; billi n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed f'karigi eżekuttivi;

E. billi l-Kummissjoni u l-Kunsill, fuq bażi kontinwa, injoraw is-sejħiet tal-Parlament għal lista mqassra bbilanċjata bejn is-sessi għal dawn il-pożizzjonijiet;

F. billi, għall-postijiet vakanti l-aktar reċenti fil-BĊE, fl-Awtorità Bankarja Ewropea u fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, intgħażlu biss kandidati rġiel mill-korpi deċiżjonali rilevanti;

Ġ. billi disa' membri biss mit-28 Membru tal-Kummissjoni Ewropea huma nisa; billi seba' membri mill-20 Membru tal-Bureau tal-Parlament Ewropew huma nisa; billi 11 mit-23 President tal-Kumitati tal-Parlament huma nisa;

1. Ifakkar fit-talbiet ripetuti tiegħu għal listi mqassra bbilanċjati bejn is-sessi f'dak li għandu x'jaqsam ma' pożizzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet superviżorji u monetarji Ewropej;

2. Jiddeplora bil-qawwa n-nuqqas ta' kandidati nisa fil-lista mqassra għall-pożizzjonijiet vakanti l-aktar reċenti għall-karigi ta' kap ekonomista tal-BĊE, ta' membru tal-Bord fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ta' president tal-Awtorità Bankarja Ewropea;

3. Jitlob li l-Kummissjoni u li l-Kunsill jiżguraw li tal-anqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun fuq il-lista mqassra għall-postijiet vakanti f'pożizzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet superviżorji u monetarji Ewropej;

4. Jitlob li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligu legali tagħhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-UE u lil dawk nazzjonali biex jimplimentaw miżuri konkreti ħalli jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

5. Jitlob pjan konkret mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni dwar kif jiġi żgurat li l-kompożizzjoni tal-istituzzjonijiet superviżorji u monetarji Ewropej tkun aktar ibbilanċjata bejn is-sessi;

6. Jafferma li se joqgħod lura milli japprova deċiżjonijiet dwar kwalunkwe pożizzjoni vakanti fl-istituzzjonijiet superviżorji u monetarji Ewropej sakemm ikun ġie konkluż mal-Kummissjoni u mal-Kunsill ftehim interistituzzjonali dwar listi mqassra bbilanċjati bejn is-sessi;

7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea.

 

[1]ĠU L 225, 30 7 2014, p. 1.

[2]ĠU L 331, 15 12 2010, p. 12.

[3] Testi adottati, P8_TA(2019)0029

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza