<Date>{03/04/2019}3.4.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0237/2019</NoDocSe>
PDF 133kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-ħtieġa li jiġu kkontrollati aħjar il-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi</Titre>


<Depute>Mireille D'Ornano</Depute>


B8-0237/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa li jiġu kkontrollati aħjar il-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra t-Titolu XX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fit-12 ta' Marzu 2019 il-vapur tal-merkanzija Taljan, Grande America, għereq qrib il-kosta ta' Franza, u dan irriżulta fir-riskju li jinxterdu fl-Oċean Atlantiku 2 200 tunnellata ta' żejt tal-fjuwil tqil u ta' 45 kontenitur li huma identifikati li fihom materjali perikolużi skont ir-regolamenti internazzjonali, inklużi 100 tunnellata ta' aċidu idrokloriku u 70 tunnellata ta' aċidu sulfuriku;

B. billi fl-2010 ġew osservati 35 nuqqasijiet tekniċi fuq dan il-vapur u, mis-sejbiet tal-investigazzjoni, jidher li x'aktarx ma ġewx indirizzati jew saħansitra marru għall-agħar;

C. billi dan il-vapur, fid-direzzjoni lejn Casablanca, ma kellux jitħalla jħalli l-port ta' Hamburg fl-istat li kien, u spezzjoni serja tal-bastiment kienet probabbilment tevita d-diżastru ambjentali li seħħ;

1. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni dettaljata tal-kawżi ta' dan l-iskandlu ambjentali, b'mod partikolari n-nuqqasijiet fil-kontroll tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati fil-livell internazzjonali sabiex tiġi evitata li jerġa' jkun hemm skandlu bħal dan.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza