<Date>{25/07/2019}25.7.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0031/2019</NoDocSe>
PDF 124kWORD 48k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar it-tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</Titre>


<RepeatBlock-By><Depute>Dominique Bilde</Depute>

<Commission></Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0031/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi sat-22 ta' Lulju 2019 it-tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (''RDK'') ikkawżat il-mewt ta' 1 743 ruħ[1] u ġiet ikklassifikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala emerġenza tas-saħħa globali fis-17 ta' Lulju 2019[2];

B. billi jeżistu tal-anqas żewġ vaċċini sperimentali, dak ta' Merck & Co, li diġà qiegħed jintuża fir-RDK, u dak ta' Johnson & Johnson, kif ukoll il-vaċċin prodott miċ-Ċentru ta' Riċerka VECTOR fir-Russja[3];

C. billi l-awtoritajiet Kongoliżi esprimew riżervi dwar l-użu kkombinat tal-vaċċini ta' Johnson & Johnson u ta' Merck & Co[4], li wasslu għar-riżenja tal-Ministru tas-Saħħa fit-22 ta' Lulju 2019[5];

1. iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmobilizza materjal ta' emerġenza u assistenza finanzjarja lir-RDK, b'mod partikolari permezz tal-Korp Mediku Ewropew;

2. jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tipprovdi għarfien xjentifiku espert dwar il-possibbiltà tal-użu kkombinat tal-vaċċini msemmija hawn fuq, jew biex tikkontribwixxi f'dan ir-rigward.

[1] https://africatimes.com/2019/07/22/congolese-ebola-expert-takes-over-as-health-minister-resigns/.

[2] https://www.who.int/news-room/detail/17-07-2019-ebola-outbreak-in-the-democratic-republic-of-the-congo-declared-a-public-health-emergency-of-international-concern.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza