<Date>{08/08/2019}8.8.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0034/2019</NoDocSe>
PDF 141kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar it-trasport ta' bhejjem mir-Rumanija matul perjodi ta' sħana estrema</Titre>


<Depute>Dominique Bilde</Depute>


B9‑0034/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasport ta' bhejjem mir-Rumanija matul perjodi ta' sħana kbira

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,–  wara li kkunsidra r-Regolament Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi bejn wieħed u ieħor 70 000 nagħġa jiġu esportati mir-Rumanija kull sena, b'mod partikolari lejn il-pajjiżi tal-Golf u tal-Afrika ta' Fuq, u li dawn l-esportazzjonijiet jiżdiedu sew meta joqrob l-Aïd-el-Kébir[1];

B. billi s-sħana estrema ta' dan is-sajf wasslet għall-mewt ta' xi annimali fuq bastimenti u trakkijiet minħabba diżidratazzjoni u nuqqas ta' biżżejjed attenzjoni, u skont l-NGO Compassion in World Farming il-kontrolli mhumiex suffiċjenti u r-regoli ma japplikawx għad-destinazzjoni tal-konvojs barra mill-Unjoni Ewropea[2];

1. Jieħu nota tat-twissijiet mill-Kummissjoni lir-Rumanija fl-10 ta' Lulju 2019 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità mar-Regolament imsemmi hawn fuq[3];

2. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-regoli applikabbli għat-trasport ta' annimali lejn pajjiżi terzi skont it-termini tar-Regolament imsemmi hawn fuq;

3. Iħeġġeġ lir-Rumanija twaqqaf in-nuqqasijiet formulati f'din ir-riżoluzzjoni.

[1] Florian Bouhot: "La Roumanie sommée de contenir ses exportations de moutons vers le Moyen-Orient" (Ir-Rumanija tintalab tillimita l-esportazzjonijiet tan-nagħaġ għal-Lvant Nofsani), Les Echos , 7.8.2019, https://www.lesechos.fr/monde/europe/la-roumanie-sommee-de-contenir-ses-exportations-de-moutons-vers-le-moyen-orient-1122802 .

[2] Idem.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Settembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza