Proċedura : 2019/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0040/2019

Testi mressqa :

B9-0040/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0020

<Date>{16/09/2019}16.9.2019</Date>
<NoDocSe>B9-0040/2019</NoDocSe>
PDF 143kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B9-0051/2019</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti bil-ħsieb li titressaq dikjarazzjoni bil-miktub quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (il-każ G3/19)</Titre>

<DocRef>(2019/2800(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Annie Schreijer-Pierik, Herbert Dorfmann</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0040/2019

B9-0040/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti bil-ħsieb li titressaq dikjarazzjoni bil-miktub quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (il-każ G3/19)

(2019/2800(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti[2],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[3], b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi m'għandhomx jingħataw privattiva,

 wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 dwar ċertu artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[4],

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) tal-5 ta' Ottubru 1973, b'mod partikolari l-Artikolu 53(b) tagħha,

 wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha, li tiddikjara li d-Direttiva 98/44/KE għandha tintuża bħala mezz komplementari ta' interpretazzjoni għall-applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej u għal privattivi li jikkonċernaw l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tad-29 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP (CA/D 6/17)[5],

 wara li kkunsidra r-rinviju ta' bosta mistoqsijiet dwar id-deċiżjoni T 1063/18 tal-Bord Tekniku tal-Appell 3.3.2004 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) tal-5 ta' Diċembru 2018 lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP mill-President tal-UEP[6],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-aċċess għal materjal bijoloġiku tal-pjanti, li jinkludi karatteristiċi tal-pjanti, huwa assolutament neċessarju biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda sabiex tiġi garantita s-sigurtà globali tal-ikel, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jiġu evitati monopolji fis-settur tat-tnissil, u biex l-SMEs jingħataw aktar opportunitajiet;

B. billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma essenzjali biex jissalvagwardjaw l-inċentivi ekonomiċi għall-iżvilupp ta' prodotti ġodda tal-pjanti u biex jiżguraw il-kompetittività;

C. billi l-privattivi fuq prodotti derivati mit-tnissil konvenzjonali jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali jistgħu jikkompromettu l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-KEP u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

D. billi l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, bħal pjanti, żrieragħ, karatteristiċi awtoktoni u ġeni, m'għandhomx jingħataw privattiva;

E. billi t-tnissil tal-pjanti huwa proċess innovattiv li ilu jintuża mill-bdiewa u l-komunitajiet tal-biedja sa mill-ħolqien tal-agrikoltura, u billi l-użu mingħajr restrizzjonijiet tal-varjetajiet u l-metodi ta' tnissil mingħajr privattiva huma importanti għad-diversità ġenetika;

F. billi d-Direttiva 98/44/KE tilleġiżla favur l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-inġinerija ġenetika, iżda – kif sostanzjat bir-reqqa fin-Notifika tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 – ma kinitx l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jippermetti li prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi jingħataw privattivi skont id-Direttiva;

K. billi l-istati kontraenti tal-KEP esprimew it-tħassib tagħhom fir-rigward tal-inċertezza legali li kkawżat id-deċiżjoni T 1063/18[7] tal-5 ta' Diċembru 2018, fejn il-Bord Tekniku ddeċieda li r-Regola ta' Implimentazzjoni 28(2) għandha tiġi kkunsidrata invalida;

L. billi din id-deċiżjoni ġiet riferuta lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP mill-President tal-UEP matul il-159 laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv f'Marzu 2019;

M. billi għadd ta' applikazzjonijiet dwar prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi qed jistennew deċiżjoni mill-UEP, u din is-sitwazzjoni qed tħalli lill-applikanti, flimkien ma' dawk kollha affettwati minn dawn il-privattivi, fi bżonn kbir ta' deċiżjoni legalment vinkolanti dwar il-validità tal-Artikolu 28(2);

1. Itenni l-oġġezzjoni b'saħħitha tiegħu li l-privattivi jingħataw għal karatteristiċi naturali mdaħħla f'varjetajiet ġodda permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni;

2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu minn kollox biex jiżguraw iċ-ċarezza legali dwar il-fatt li jiġi pprojbit li prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi jingħataw privattivi mill-UEP;

3. Jistieden lill-Kummissjoni għaldaqstant tippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub lir-Reġistru tal-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP mill-1 ta' Ottubru 2019 sabiex tipproteġi l-kapaċità innovattiva tas-settur Ewropew tat-tnissil tal-pjanti u l-interess tal-pubbliku ġenerali u biex tiċċara l-fatt li l-koleġiżlaturi qatt ma kellhom l-intenzjoni li jippermettu l-privattivi fuq karatteristiċi naturali li jiddaħħlu fil-pjanti permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni;

4. Jistieden lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-validità tal-Artikolu 28(2) billi jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-President tal-UEP;

5. Jistieden lill-Bord tal-Appell Estiż jikkonferma li fir-rigward tal-Artikolu 164(2) tal-KEP, it-tifsira u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-KEP jistgħu jiġu ċċarati fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP mingħajr ma din il-kjarifika tkun a priori limitata mill-interpretazzjoni ta' dan l-Artikolu msemmi f'deċiżjonijiet aktar bikrija tal-bordijiet tal-appell jew tal-Bord tal-Appell Estiż;

6. Jistieden lill-Bord tal-Appell Estiż jikkonferma li l-esklużjoni mill-għoti ta' privattiva ta' pjanti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi skont l-Artikolu 28(2) tal-KEP hija f'konformità sħiħa mal-Artikolu 53(b) tal-KEP;

7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-UEP.

 

 

[1] ĠU CE 261, 10.9.2013, p. 31.

[2] ĠU C 399, 24.11.2017, p. 188.

[3] ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.

[4] ĠU C 411, 8.11.2016, p. 3.

[5] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, A56, 31.7.2017.

[6] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, A52, 31.5.2019.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Settembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza