Proċedura : 2019/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0047/2019

Testi mressqa :

B9-0047/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0020

<Date>{16/09/2019}16.9.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0047/2019</NoDocSe>
PDF 153kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali B9‑0051/2019</TitreSuite>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi</Titre>

<DocRef>(2019/2800(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Jan Huitema, Hilde Vautmans, Liesje Schreinemacher, Karen Melchior, Frédérique Ries, Catherine Chabaud, Vlad‑Marius Botoş, Jérémy Decerle, Ulrike Müller</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0040/2019

B9‑0047/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi

(2019/2800(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti[1],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi m'għandhomx jingħataw privattiva[2],

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) tal-5 ta' Ottubru 1973, b'mod partikolari l-Artikolu 53(b) u l-Artikolu 33(b) tagħha,

 wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 dwar ċerti artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[3],

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tad-29 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) (CA/D 6/17),

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bord Tekniku tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) fil-każ T 1063/18 dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti tat-18 ta' Diċembru 2018, li tiddikjara l-possibbiltà li jingħataw privattivi għal karatteristiċi naturali tal-pjanti,

 wara li kkunsidra l-fatt li f'Marzu 2019 il-President tal-UEP talab sentenza li tagħlaq l-istanza mingħand il-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP biex jikkonkludi l-kwistjoni,

 wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' każijiet pendenti (madwar 250 applikazzjoni għal privattiva u erba' oppożizzjonijiet) li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP,

 wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħhom, li jiddikjara li għal applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej u privattivi li jikkonċernaw invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, id-Direttiva 98/44/KE għandha tintuża bħala mezz ta' interpretazzjoni supplementari,

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità, b'mod partikolari l-Artikolu 15(c) u (d) tiegħu[4],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2017 dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti,

 wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, inkluż il-kummerċ ta' oġġetti ffalsifikati (TRIPS), b'mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi (O-000026/2019 – B9‑0051/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-aċċess mingħajr ostakli għal materjal tal-pjanti huwa essenzjali għall-kapaċità innovattiva tas-settur Ewropew tat-tnissil tal-pjanti, il-kompetittività globali tiegħu u biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda ta' pjanti;

B. billi l-aċċess għal riżorsi bażiċi fl-agrikoltura għandu importanza kbira għall-produzzjoni tal-ikel, għas-sigurtà Ewropea tal-ikel u għal-libertà tal-għażla tal-bdiewa u ta' dawk li jkabbru; billi l-aċċess mingħajr ostakli għal materjal tal-pjanti huwa importanti ferm biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda li jkunu kapaċi jissapporti kundizzjonijiet agrikoli li qed jinbidlu konsegwenza tat-tibdil fil-klima;

C. billi kull restrizzjoni, jew attentat biex ifixkel l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi, tista' twassal għal konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq fil-qasam tat-tnissil tal-pjanti, għad-detriment tal-kompetizzjoni tas-suq, tal-konsumaturi u tas-suq intern Ewropew;

D. billi t-tnissil tal-pjanti huwa proċess innovattiv li ilu jiġi pprattikat minn bdiewa u komunitajiet tal-biedja mit-twelid tal-agrikoltura; billi l-varjetajiet u l-metodi tat-tnissil mingħajr privattiva huma importanti għad-diversità ġenetika;

E. billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma essenzjali biex jissalvagwardjaw l-inċentivi ekonomiċi għall-iżvilupp ta' prodotti ġodda tal-pjanti u biex jiżguraw il-kompetittività;

F. billi d-Direttiva 98/44/KE tilleġiżla favur l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-inġinerija ġenetika;

G. billi fl-avviż tagħha tat-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni ddikjarat b'mod ċar li qatt ma kienet l-intenzjoni tagħha, jew tal-Parlament, li tippermetti li jingħataw privattivi fuq karatteristiċi naturali li jiġu introdotti fil-pjanti permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni.

H. billi l-privattivi fuq prodotti derivati mit-tnissil konvenzjonali jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali jistgħu jikkompromettu l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-KEP u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

I. billi fid-29 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi emenda r-Regoli 27 u 28 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP[5], u kkonferma li l-privattivi fuq pjanti u annimali huma pprojbiti;

J. billi b'dawn ir-regoli ġodda, il-Kunsill Amministrattiv ġab il-prattika Ewropea tal-privattivi konformi mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni; billi r-regoli ġew approvati kważi unanimament mit-38 stat membru tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi;

K. billi r-Regola 28(2) il-ġdida hija konformi mal-Artikolu 53(b) tal-KEP, għax l-esklużjoni tal-proċessi essenzjalment bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti issir kompletament ineffettiva jekk ikunu permessi l-privattivi fuq prodotti derivati minn proċessi bħal dawn, u għaldaqstant tħarbat u tikkomprometti l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jeskludi l-privattivi mit-tnissil konvenzjonali;

L. billi r-Regola 28(2) il-ġdida tiċċara t-test tal-KEP, mingħajr ma tinterpretah jew tikkontradixxih, u tiddikjara bla ebda dubju li m'għandhomx jingħataw privattivi fuq pjanti u annimali miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

M. billi fil-5 ta' Diċembru 2018, il-Bord Tekniku tal-Appell tal-UEP iddikjara li r-Regola 28(2) il-ġdida tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP mhix vinkolanti għal deċiżjonijiet oħra tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u b'hekk ippermetta l-possibbiltà li jingħataw privattivi għal prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi[6];

N. billi f'Marzu 2019, il-President tal-UEP ressaq żewġ mistoqsijiet quddiem il-Bord tal-Appell Estiż dwar l-għoti ta' privattivi għal pjanti u annimali derivati minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

O. billi wara d-deċiżjoni tal-Bord Tekniku tal-Appell tal-UEP, għadd kbir ta' każijiet pendenti (madwar 250 applikazzjoni għal privattiva u erba' oppożizzjonijiet) qed jistennew id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP;

P. billi huwa prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet fuq varjetajiet ta' pjanti abbażi tal-Konvenzjoni tal-UPOV tal-1991, u tas-sistema tal-UE bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, li d-detentur ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta ma jistax iwaqqaf lil ħaddieħor milli juża l-pjanta protetta għal attivitajiet oħra ta' tnissil;

1. Itenni li l-pjanti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi ma jistgħux jingħataw privattiva;

2. Jikkonsidra li kull attentat biex prodotti derivati minn tnissil konvenzjonali jew materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali jingħataw privattiva, jikkomprometti l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-KEP u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

3. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li d-deċiżjoni tal-Bord Tekniku tal-Appell tal-UEP dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti tal-5 ta' Diċembru 2018 (T 1063/18), iddikjarat il-possibbiltà li jingħataw privattivi għal karatteristiċi naturali introdotti f'varjetajiet ġodda permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni;

4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq l-osservazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet opportuni biex terġa' tikkonferma, skont il-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP, li m'għandhomx jingħataw privattivi għal prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni, pereżempju, għall-karatteristiċi naturali introdotti fi pjanti permezz ta' proċessi bħal dawn;

5. Jistieden lill-Kummissjoni tipproteġi l-kapaċità innovattiva tas-settur Ewropew tat-tnissil tal-pjanti u l-interess pubbliku ġenerali quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP u biex tirrapporta perjodikament dwar l-aħħar żviluppi lil dan il-Parlament;

6. Jistieden lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP biex jerġa' jdaħħal iċ-ċertezza legali fl-interess tal-utenti tas-sistema Ewropea tal-privattivi u tal-pubbliku;

7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Unjoni tissalvagwardja l-aċċess garantit għal materjal miksub minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi għat-tnissil tal-pjanti u l-użu tiegħu, sabiex – meta jkun applikabbli – ma ssirx interferenza ma' prattiki li jiggarantixxu l-eżenzjoni għal min inissel;

8. Jistieden lill-Istati Membri jibagħtu l-messaġġ politiku li l-awtoritajiet tal-privattivi nazzjonali tal-UE m'għandhomx jagħtu privattivi fuq prodotti derivati minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

9. Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv ma' pajjiżi terzi meta tinnegozja ftehimiet ta' kummerċ u sħubija, bl-għan li tiġi żgurata l-esklużjoni ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi u tal-prodotti tagħhom mill-għoti ta' privattivi;

10. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tal-liġi dwar il-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44/KE u kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

 

[1] ĠU C 399, 24.11.2017, p. 188.

[2] ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.

[3] ĠU C 411, 8.11.2016, p. 3.

[4] ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

[5] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, Lulju 2017 (CA/D 6/17).

[6] Id-deċiżjoni miktuba fil-każ T 1063/18 tal-Bord tal-Appell tal-UEP.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Settembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza